Fi Stamford Bridge fis-semi finali tal-EFL Cup kienu Arsenal li ħarġu rebbieħa fuq Chelsea bl-iskor ta’ 3-2 f’partita kombattuta miż-żewġ timijiet, b’Arsenal ikun l-aktar tim li ħolqu azzjonijiet perikolużi. Il-Gunners marru fil-vantaġġ wara 7 minuti meta minn corner ta’ Declan Rice kien Ben White li bir-ras għeleb lil Sanchez għal 1-0.
Arsenal irdoppjaw fid-49 minuta b’gowl ta’ Victor Gyokeres, b’Chelsea jidħlu fil-partita b’gowl ta’ Alejandro Garnacho fis-57 minuta. Arsenal fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls mill-ġdid fil-71 minuta b’gowl maħdum tajjeb ta’ Martin Zubimendi. Chelsea għal darb’oħra irrispondew fit-83 minuta meta reġa’ kien Alejandro Garnacho li għeleb lil David Raya għal 3-2.
//= $special ?>

