Lokali Parlament

Dawk li jirbħu kontra l-kanċer għandhom jagħlqu l-kapitlu anki mal-banek

Claudette Buttigieg, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li dawk li jirbħu kontra l-kanċer għandhom mhux biss jagħlqu l-kapitlu mediku iżda jagħlqu wkoll il-kapitlu anki mal-banek.

Claudette Buttigieg qalet li d-dritt li tintesa qed jitwaqqaf il-kastig doppju u sostniet li l-liġijiet Matin għandhom jimxu mal-liġijiet bl-ebda ta’ manager ta’ banek jkun hu li jiddeċiedi fuq il-persuna. Hi trattat l-impatt ekonomiku ta’ din il-liġi u spjegat kif ċertu persuni li jkunu fiequ jibqgħu jġorru l-piżijiet anki wara li jkunu fiequ għaliex ikun hemm diffikultajiet meta jmorru biex jieħu self mill-banek.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li hemm żgħażagħ li jkollhom rifjut ta’ assigurazzjoni meta jiġu biex jieħdu self propju minħabba li jkollhom mard li jkunu fiequ minnu. Hu inġust li persuni li jirbħu kontra l-kanċer jintalbu premium sa 400% milli jħallas ħaddieħor propju għaliex ikunu morda bil-kanċer. Dan hu konformi ma’ dak li qed iseħħ fl-Ewropa. Fil-pajjiż hawn eluf ta’ persuni li rebħu l-btatalja konċer u għalhekk din se tolqot lil dawn il-persuni.

Claudette Buttigieg tkellmet dwar id-dijabete u qalet li għandha titneħħa d-diskriminazzjoni kontra l-persuni li għandhom kundizzjonijiet oħra.