Il-vjaġġ lejn il-Eurovision Song Contest f’Vjenna jibda din il-ġimgħa b’żewġ xandiriet diretti.
Matul is-Semifinali tal-Ħamis 15 ta’ Jannar, se jiġu interpretati t-18-il kanzunetta oriġinali kollha, li minnhom jintgħażlu 12-il finalista biex javvanzaw. Il-festival jilħaq il-qofol tiegħu fil-finali tas-Sibt 17 ta’ Jannar, meta pajjiżna jagħżel ir-rappreżentant tiegħu għall-palk internazzjonali.
Il-Malta Eurovision Song Contest 2026 se jkun ippreżentat minn Keane Cutajar, flimkien ma’ żewġ ikoni tal-Eurovision, Gaia Cauchi u Destiny, li se joffru wkoll wirjiet speċjali. Se jkun hemm is-sehem ukoll ta’ Jamie Cardona, Ivan Grech u r-rebbieħa tas-sena l-oħra, Miriana Conte.
Wieħed mill-highlights ta’ din l-edizzjoni huwa r-ritorn tant mistenni tal-grupp leġġendarju Scream Daisy, li se jitilgħu fuq il-palk biex jiċċelebraw il-mużika tagħhom. Barra minn hekk, se naraw ukoll l-istilel internazzjonali Tommy Cash u r-runner-up tal-2024, Baby Lasagna, li se jżidu dimensjoni globali mal-avveniment.
//= $special ?>

