Lokali

Il-banek għandhom jagħtu informazzjoni dwar il-proċessi tal-applikazzjonijiet għal self

Ivan J.Bartolo, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo sostna fil-parlament li l-banek għandhom jagħtu informazzjoni dwar il-proċessi tal-applikazzjonijiet għal self

Ivan J. Bartolo qal li l-Uffiċċju għall-Analiżi tal-Kreditu għandu jiddaħħal għaliex in-negozju għandu jkun simplikat għal kulħadd. Hu kompla li dan l-abbozz ma jimponix self fuq l-istituzzjonijiet. Il-banek għandhom ir-responsabbiltajiet meta jbiegħu l-flus għaliex dawn huma flus in-nies. Għalhekk irid ikun hemm kawtela. L-iskop ta’ dan l-uffiċċju m’għandux ikun biss post fejn in-nies tilmenta għax ma ngħatax self iżda jkun post ta’ edukazzjoni għal min jinsab fin-negozju dwar dk li se jsaqsu l-banek.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tal-kompetenza u qal li l-applikazzjonijiet għal self għandhom ikunu preżentati bi preżentazzjonijiet biex jikkonvinċu lill-banek jisilfuhom il-fus. Hu tkellem dwar linji gwida u qal li għandu jkun hemm flessibbilta dwar il-prodotti tal-banek. Jeħtieġ li l-banek joffru portal b’numru għall-applikazzjonijiet biex l-applikanti jkunu jafu fejn waslet l-applikazzjoni tagħhom. Hu qal li d-dewmien sakemm l-applikazzjoni tkun approvata joħloq inċertezza.

Ivan J.Bartolo tkellem dwar l-arbitraġġ u kif l-applikanti għandhom jingħataw spejga għaliex ċertu applikazzjonijiet ikunu rifjutati. L-Uffiċċju se jkun jista’ jagħti raġun lill-applikant iżda mhuwiex se jkollu l-poter li jimplimenta.