Ekonomija Lokali

Il-Gvern jgħid li rreġistra surplus… iżda kompla jisplodi d-dejn

Fit-tielet kwart tal-2025, il-Gvern irreġistra surplus ta’ €82.6 miljun. Dan jirriżulta minn ċifri li ġew ippubblikati llum mill-NSO.

Meta wieħed iqabbel mat-trimestru korrispondenti tal-2024, id-dħul sħiħ żdied b’€151.5 miljun, filwaqt li n-nefqa sħiħa żdiedet bi €80.7 miljun.

Fi tmiem it-tielet kwart tal-2025, id-dejn tal-Gvern kien ta’ €11,214.9-il miljun – żieda ta’ €1,049.7 miljun fuq l-istess żmien fl-2024.

Fl-aħħar ta’ Settembru 2025, id-dejn garantit mill-Gvern ammonta għal €951.3 miljun, tnaqqis ta’ €96.4 miljun meta mqabbel mat-tielet kwart tal-2024.