Lokali Mużika

L-eks Kap tad-Delegazzjoni Maltija għall-Eurovision jgħid illi assigurawh li l-messaġġ tiegħu se jixxandar illejla

Skont Charlo Bonnici, l-eks Kap tad-Delegazzjoni Maltija għall-Eurovision, il-messaġġ li wassal għall-programm ta’ TVM dwar il-Eurovision se jixxandar illejla. Dan wara li aktar kmieni kien żvela li messaġġ irrekordjat li kien mibgħut minnu stess ma xxandarx mill-PBS.

Bonnici fil-messaġġ tiegħu tkellem dwar Iżrael, u l-fatt li Malta m’għandiex tipparteċipa fil-Eurovision ta’ din is-sena.

Il-kjarifika ta’ Charlo Bonnici:

“Aktar kmieni tellajt hawn l-intervent shih tieghi li suppost kellu jixxandar mill-PBS fi Green Room il-bierah. Minn dak il-hin gejt ikkuntattjat mill-producers Ron Briffa u Angie Laus kif ukoll minn Jurgen Manicolo fejn assigurawni li din ma kinitx censura tant li ddecidew li jxandruh illejla. Jien noqghod fuq il-kelma ta’ dawn is-sinjuri u ghalhekk iddecidejt li nnehhi l-post fuq din il-premessa.”