It-Tlieta filgħaxija, il-Pulizija kompliet b’patrols u spezzjonijiet kontinwi fl-inħawi ta’ Ta’ Qali u
r-Rabat, b’rabta ma’ irregolaritajiet fit-traffiku u rapporti ta’ sewqan perikoluż.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-pulizija nnutat żewġ sewwieqa, ta’ 25 u 26 sena, li kienu qed
jagħmlu manuvri perikolużi u drifting f’parkeġġ pubbliku f’Ta’ Qali, b’mod li poġġa f’riskju
kemm lilhom infushom kif ukoll lil persuni oħra. Iż-żewġ vetturi ġew imwaqqfa u s-sewwieqa
ġew infurmati li se jinħarġu akkużi kontrihom.
Aktar tard, waqt ronda fir-Rabat, il-pulizija nnutat vettura tinstaq b’veloċità eċċessiva. Ilvettura ġiet segwita mill-pulizija, fejn is-sewwieq kompla jsuq b’mod eċċessiv li jaqbeż il160km/hr u beda jinjora diversi regoli tat-traffiku u joħloq periklu fit-triq.
Il-vettura ġiet eventwalment imwaqqfa fis-Siġġiewi, fejn is-sewwieq, ġuvni ta’ 21 sena, ġie
identifikat. Waqt spezzjoni tal-vettura, minbarra numru ta’ irregolaritajiet, il-pulizija sabet
ukoll sirena tal-emerġenza illegali installata fil-vettura. Is-sewwieq ġie infurmat li se jitressqu
akkużi kontrih u l-vettura ġiet ikkonfiskata mill-Pulizija.



