F’San Siro rebħa minima għal Inter fuq Lecce bl-iskor ta’ 1-0. B’din ir-rebħa Inter fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti f’ras il-klassifika b’44 punt. Dan il-vantaġġ baqa’ iktar relevanti wara li fl-ewwel partita tal-Erbgħa filgħaxija Napoli kienu miżmuma fi draw ta’ 0-0 minn Parma f’darhom. Il-gowl uniku tal-partita għal Inter wasal fis-70 minuta b’gowl ta’ Francesco Pio Esposito.
Riżultati
Napoli v Parma 0-0
Inter v Lecce 1-0


