Futbol Sport

Inter jiftħu vantaġġ ta’ sitt punti f’ras il-klassifika, b’logħba aktar minn Milan

F’San Siro rebħa minima għal Inter fuq Lecce bl-iskor ta’ 1-0. B’din ir-rebħa Inter fetħu vantaġġ ta’ sitt punti f’ras il-klassifika. Huma issa għandhom 46 punt, iżda b’logħba aktar mir-rivali Milan, li jinsabu t-tieni fil-klassifika.

Dan il-vantaġġ baqa’ iktar relevanti wara li fl-ewwel partita tal-Erbgħa filgħaxija Napoli kienu miżmuma fi draw ta’ 0-0 minn Parma f’darhom. Il-gowl uniku tal-partita għal Inter wasal fis-70 minuta b’gowl ta’ Francesco Pio Esposito.

Intant, il-Ħamis filgħaxija, Milan jilagħbu l-konfront li għandhom nieqes meta barra minn dahrom jaffrontaw lil Como. Milan jeħtiġu jirbħu din il-logħba biex jerġgħu jiġu tliet punti taħt il-leaders tas-Serie A, Inter.