Ma jaqtgħu xejn l-irvellijiet fl-Iran. Aktar minn 12,000 huma maħsuba li inqatlu. Bil-President Amerikan iwiegħed li se jibgħat l-għajnuna neċessarja.
Dawn huma l-aħħar żviluppi marbuta ma’ din l-istorja ta’ tkexkix li ilha ġimgħa sħaħ għaddejja tbaqbaq fl-Iran – bil-poplu qed jibqa’ jipprotesta b’saħħa kontra l-Ayotallah Ali Khamenei.
Analisti internazzjonali ikkonfermaw li l-pajjiż ilu aktar minn 130 siegħa mingħajr internet. Dan hekk kif ir-reġim Iranjan qed jagħmel minn kollox biex id-dinja ma tkunx taf dak li verament għaddej fil-pajjiż.
Fil-fatt, sa dalgħodu, it-territorju kollu kien għadu offline u l-familji Iranjani li jgħixu barra l-pajjiż tħallew fid-dlam dwar dak kollu li għaddejin minnu l-qraba tagħhom.
//= $special ?>

