Jason Micallef ifaħħar id-diskors ta’ Muscat
Joseph Muscat bi twissija ċara, tonda u diretta fil-konfront tas-suċċessur tiegħu Robert Abela.
Dan hekk kif Muscat wassal twissija diretta fil-messaġġ mtella’ fuq il-midja soċjali tal-Partit Laburista bi tħejjija għas-6 snin ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru u Mexxej tal-Labour…u s’intendi tfakkira wkoll ta’ meta Joseph Muscat kellu jirriżenja.
L-eks Prim Ministru Joseph Muscat qal li Abela m’għandux jarmi lin-nies ta’ ġewwa li jkunu għamlu snin twal jaħdmu għall-partit u għall-Gvern.
Fil-pront, iwieġeb fil-kummenti d-Delegat Speċjali tal-Partit Laburista Jason Micallef fejn saħaq, “Hemm hu l-għaxqa tagħna”.
L-istess Micallef li l-midja indipendenti l-Erbgħa filgħodu rrapportat li fil-jiem li għaddew kien qed jhedded li se jirriżenja mill-pożizzjoni tiegħu fi ħdan il-Labour wara li ħass li Robert Abela ramih fl-intervista ma’ Lovin Malta b’rabta mal-ħaxix ta’ Ta’ Qali.
Għaldaqstant, f’dan il-mument partikolari, din it-twissija minn Muscat tidher li hija waħda diretta lill-Prim Ministru Abela.
Lura fl-2024, meta Joseph Muscat u sħabu kienu tressqu l-ewwel darba l-Qorti Robert Abela ma kienx qabel li l-partitarji Laburisti jinġabru quddiem il-binja tal-Qorti – madanakollu Jason Micallef flimkien ma’ oħrajn, xorta waħda kienu sejħu l-folla biex tinġabar il-Belt…proprju kontra r-rieda tal-Mexxej tal-Labour.
Isewgi, kien riżultat tal-Elezzjoni Ewropea li xejn ma niżel tajjeb fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, u taqbid kbir fit-tmexxija ta’ Robert Abela..fejn kellu jbaxxi rasu saħansitra li jdaħħal lil Micallef bħala uffiċjal mal-Labour.
//= $special ?>

