Sport Sport Ieħor

L-EquestriMalta Grand Final tiftaħ l-istaġun 2026

Matul konferenza stampa li saret illum wara nofsinhar, EquestriMalta, il-Malta Racing Club u l-Malta Equidrome ħabbru flimkien l-ewwel żewġ finali tal-istaġun tat-tiġrijiet. L-istaġun 2026 mistenni jibda b’programm doppju ta’ tlielaq fi tmiem il-ġimgħa li ġej; l-EquestriMalta Grand Final se tkun bħal f’edizzjonijiet passata b’format ta’ żewġ finali tal-ogħla livell waħda għal-żwiemel tal-klassijiet, Copper, Bronze u Silver u oħra għal dawk tal-klassijiet Gold u Premier. Dawn il-finali ser jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida b’ħarsa lejn dawk li kienu l-aqwa żwiemel tas-sena 2025.

Iż-żewġ finali se jsiru nhar il-Ħadd li ġej, 18 ta’ Jannar, u se jkunu l-ħames u t-tmien tiġrija tal-programm. Kull finali se tinkludi tnax-il parteċipant, kollha mistiedna skont il-pjazzament tagħhom fil-Klassifikazzjoni ta’ l-Aqwa Żiemel tat-Trott tal-Malta Racing Club, kif ġiet ikkonkluża fit-28 ta’ Diċembru 2025.

Din is-sena timmarka t-tielet staġun konsekuttiv li fih EquestriMalta iffinanzjat dawn il-finali prestiġjużi, u għal darb’oħra kkontribwiet għal fond ta’ premjijiet rekord kif ukoll għall-għoti tat-trofew artistiku mill-isbaħ li ġie ikkummissjonat u mżanżan is-sena li għaddiet.

Meta kien qed jindirizza l-konferenza stampa, Max Zammit, il-Kap Eżekuttiv ta’ EquestriMalta, esprima l-entużjażmu tiegħu biex jerġa’ jappoġġja din l-Gran Finali għal żwiemel tal-klassijiet kollha, li ser jiftħu l-istaġun, kontinwita` li tibni fuq is-suċċess miksub fis-snin preċedenti. Huwa tenna l-impenn ta’ EquestriMalta li tiżgura li dawn il-finali jkomplu jattiraw l-aqwa żwiemel li jikkompetu f’Malta. F’dan ir-rigward, EquestriMalta kompliet żiedet għal somma record il-premjijiet fi flus, li issa jammontaw għal madwar €13,000. Is-Sur Zammit enfasizza wkoll l-użu tal-bidu bil-waqqaf (standing start), jew kif magħruf aktar mad-dilettanti biż-żigarella, li jżid dimensjoni kompetittiva oħra billi jippermetti li żwiemel ta’ kategoriji differenti jikkompetu bejniethom fuq livell aktar ugwali.

Dr Matthew Brincat, Kap Eżekuttiv tal-Malta Equidrome, irringrazzja lis-Sur Zammit għas-sostenn kontinwu ta’ EquestriMalta lejn dan l-avveniment u awgura l-isbaħ xewqat tiegħu għas-sena l-ġdida lil kull dilettant tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Filwaqt li feraħ lill-parteċipanti, huwa ħeġġeġ lid-dilettanti tal-isport jattendu dawn l-ewwel laqgħat tas-sena, li se jilħqu l-qofol tagħhom b’dawn il-Gran Finali.

Tony Demanuele, Viċi President tal-Malta Racing Club, feraħ lill-finalisti kollha u faħħar l-isforzi tagħhom matul is-sena li għaddiet. Huwa faħħar lis-sidien u lis-sewwieqa għall-abbiltà tagħhom li jżommu ż-żwiemel f’kundizzjoni mill-aqwa u kompetittivi tul staġun sħiħ, filwaqt li nnota l-konsistenza, id-dedikazzjoni u r-reżiljenza meħtieġa biex jintlaħqu tali riżultati.

Il-konferenza stampa ntemmet bit-tlugħ uffiċjali tan-numri għaż-żewġ finali EquestriMalta Gran Final, li t-tnejn se jinġrew fuq distanza ta’ 2160 metru b’bidu bil-wiaqqaf, fejn żwiemel minn klasijiet għola jagħtu 20 metru vantaġġ lill-avversarji tagħhom kif ġej.:

EquestriMalta Grand Final

Kategoriji Copper-Bronze-Silver

No.1    Head Over Heels        2160m

No.2    Gringo Marancourt     2160m

No.3    Invite de Star              2160m

No.4    Fley Vert                     2160m

No.5    Hercule des Pres         2180m

No.6    Emissoro                     2180m

No.7    Java d’Urzy                 2180m

No.8    Bys Googoo Star        2180m

No.9    Defi Nay                     2200m

No.10  Embleme Castelets     2200m

No.11  Dencos Miss Caruso   2200m

No.12  Gayle Galbe                2200m

EquestriMalta Grand Final

Kategoriji Premier-Gold

No.1    Lee Harvey Bros         2160m

No.2    Ecrin du Layon           2160m

No.3    Diamant du Ruel         2160m

No.4    Hamlet du Vivier        2160m

No.5    Awesome Kronos       2160m

No.6    Vincent As                  2160m

No.7    Follow Me Flash         2180m

No.8    Isabelle Sisu                2180m

No.9    Al Capone Stecca       2180m

No.10  Crack Money              2180m

No.11  Gaspar d’Angis           2180m

No.12  Galago du Cadran       2180m