Fl-Ingilterra, Liverpool jgħaddu mit-tielet rawnd tal-FA Cup hekk kif għelbu lil Barnsley 4-1. Dominik Szobsozlai jiskorja l-ewwel gowl tal-partita wara 9 minuti logħob b’xutt mill-isbaħ mid-distanza.
Jeremie Frimpong, jilgħab f’pożizzjoni izjed avvanzata mis-soltu, skorja t-tieni gowl fil-35 minuta b’azzjoni personali li biha kkonkluda bis-saħħa u fl-għoli għat-tieni gowl tal-partita.
Zball ta’ Szoboszlai fl-40 minuta jagħti xaqq ta’ tama għal Barnsley biex Phillips jiskorja mill-viċin u jnaqqas l-iskor.
It-tielet gowl għal Wirtz dan l-istaġun b’konkluzjoni mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa jagħmel l-iskor 3-1.
Wirtz reġa’ fiċ-ċentru tal-azzjoni din id-darba b’asssist tajjeb lill Ekitike, li jiskorja r-raba’ gowl b’konkluzjoni faċli mill-viċin.
//= $special ?>

