L-artist, Ozzy Lino, se jkun qed ikanta għal 48 sħaħ, bil-għan li titqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali.
Inizjattiva li matulha se jinġabru wkoll flus b’risq il-Caritas, il-Fondazzjoni tal-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali ta’ Għawdex u l-fondazzjoni Richmond.
Matul din il-maratona mifruxa fuq jumejn, Ozzy Lino se jkun qed idoqq u jkanta bla waqfien u miegħu se jingħaqdu wkoll kantanti u mistiedna speċjali. Dan l-avveniment se jkun qed joħloq esperjenza mill-isbaħ, li se tgħaqqad il-mużika u l-komunità flimkien.
Dan l-avveniment, mis-6 ta’ Frar sat-8 ta’ Frar, se jsir f’Villa Bighi fil-Kalkara – b’kollaborazzjoni mat-tliet entitajiet, u b’appoġġ minn Xjenza Malta.
//= $special ?>

