Sport

Rebħiet importanti għal Juventus u Genoa

Fis-Serie A,  Genoa kisbu rebħa importanti kontra avversarju dirett hekk kif għelbu lil Cagliari bl-iskor finali jkun 3-0.  
Lorenzo Colombo jiftaħ l-iskor wara 7 minuti minn assist tajjeb ta’ Ruslan Malinovskyi.   Iż-żewġ gowls fit-tieni taqsima jagħlqu l-partita għal Genoa li kienu skorjati minn Martin Frendrup fil-75 minuta u mid-difensur ċentrali Leo Ostigard 3 minuti wara.  

Rebħa stupenda għal Juventus fuq Cremonese bl-iskor ikun 5-0, prestazzjoni dominanti milll-Biancoenri fejn l-iskor finali seta’ jkun ħafna ikbar.  
L-ewwel gowl tal-Juventini jasal wara 12-il minuta minn devjazzjoni tad-difensur Braziljan Gleison Bremer minn xutt ta’ Fabio Miretti minn barrra ‘l kaxxa.   Jonathan David jirdoppja l-iskor 3 minuti wara minn assist tajjeb ta’ Khephren Thuram li qabad il-ballun mill-kaxxa tiegħu u baqa’ tiela.
Il-kowċ ta’ Cremonese ntwera żewġ karti sofor wara xulxin fis-27 minuta wara li pprotesta kontra d-deċiżjoni tar-referee Feliciani li ma jagħtix penalty fl-istess foul fuq tackle tal-captain ta’ Juventus Manuel Locatelli fil-kaxxa.  
Fis-36 minuta Kenan Yildiz ifalli l-penalty però jikkonkludi t-tieni konklużjoni biex jagħmel l-iskor 3-0.   Fit-48 minuta azzjoni brillanti ta’ Weston Mckennie bl-Amerikan jaqbeż il-goalkeeper Audero u jitfa’ fix-xibka, il-gowl jiġi mniżżel bħala auto-gowl minħabba l-aħħar devjazzjoni ta’ Terraciano.  
Madankollu l-gowl ta’ Mckennie fl-aħħar jasal fl-64 minuta b’daqqa ta’ ras stupenda minn kross ta’ Kalulu mil-lemin.