Qed jgħidu li l-2026 se toħodna lura għall-2016 – b’ħafna memorji, u nostalġija għal dak li għexna 10 snin ilu.
Iżda ħafna qed jistaqsu, minn fejn ġiet din il-kważi ossessjoni fuq l-2016.
Fil-verità bdiet minn qabel qlibna għas-sena l-ġdida.
Rajna mill-aspett mużikali kanżunetti bħal ‘Lush Life’ ta’ Zara Larrson jidħlu lura fit-top 40 tar-Renju Unit. Minkejja li kienet ħarġet 10 snin ilu.
U ċifri ta’ Spotify qed juru żieda ta’ 71% għall-playlists tal-2016.
Hemm min jemmen li l-2016 baqgħet fil-memorja ta’ bosta minħabba l-avvenimenti li seħħew f’dik is-sena – mietu Prince, David Bowie u George Michael, kellna Brexit, Trump rebaħ l-ewwel elezzjoni tiegħu, Leicester City rebħu l-Premier Ingliż.
U huwa għalhekk li l-2016 baqgħet immarkata fil-memorja ta’ ħafna żgħażagħ li għaxar snin ilu – possibbilment – kienu għadhom teenagers.
Fil-fatt, skont esperti fil-psikoloġija, l-avvenimenti kollha li seħħew għadhom ittimbrati f’moħħna – b’xi mod jew ieħor, bqajna marbutin mal-2016.
Apparti minn hekk, ħafna TikTokes u esperti tal-media soċjali jemmnu li din il-hype kibret minħabba li ż-żgħażagħ huma miġbuda lejn trends aktar vintage, u sempliċi. Fil-fatt, fl-2016 ma kien hemm ebda reels – Instagram kien aktar ibbażat fuq ritratti biss.
U forsi huwa dan l-element – is-sempliċità – li wieħed jistenna li toffri is-sena 2026.
//= $special ?>

