Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ esprima diżapprovazzjoni tiegħu għall-iskema mħabbra mill-gvern dwar is-somma ta’ €25,000 mifruxa fuq ħames snin liż-żgħażagħ fl-età ta’ bejn it-18 u t-30 sena li jkunu jridu jissagrifikaw għall-istess perjodu ta’ ħames snin il-liċenzja tas-sewqan.
F’post fuq il-midja soċjali l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ qal li filwaqt li jifhem l-intenzjoni tal-gvern esprima t-tħassib tiegħu dwar kemm din il-miżura se tkun effettiva u dwar il-prijortajiet tal-fondi pubbliċi.
Il-Kunsill fisser ukoll il-preokkupazzjoni ta’ din l-iskema meta tista’ biss tneħħi temporanjament madwar elf sewwieq biss mit-toroq tul dan il-perjodu ta’ ħames snin meta fl-2025 inħarġu 469 liċenzja fil-ġimgħa, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Dan jirrappreżenta impatt limitat meta wieħed iqis li dan l-investiment seta’ sar biex jindirizza l-veru problemi fit-traffiku u f’titjib tal-infrastruttra tat-trasport pubbliku.
Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ qal ukoll li ż-żgħażagħ diġà esprimew il-fehma li ebda għotja finanzjarja mhi se twassalhom jissagrifikaw il-liċenzja tas-sewqan bis-sitwazzjoni preżenti tat-trasport pubbliku,
Il-Kunsill ikkritika wkoll l-infrastruttura tat-toroq u għal min ikun miexi jew min ikun qed juża t-toroq,
//= $special ?>

