“Irridu nkomplu naħdmu lkoll flimkien sabiex nieħdu lil dan il-pajjiż fid-direzzjoni li jistħoqlu.”
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg meta l-Erbgħa filgħodu, indirizza attivita soċjali fid-Dar Ċentrali tal-PN – li għaliha attendew numru kbir ta’ persuni.
Matul din l-attivita soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, stqarr li din is-sena hija waħda kruċjali. U appella għal ħidma kollettiva flimkien sabiex il-poplu jieħu nifs ġdid u jibda kapitlu sabiħ għal Malta aħjar.
Alex Borg, saħaq dwar l-importanza tal-kontribut tal-attivisti biex verament il-Partit Nazzjonalista jkun partit rebbieħ.




Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li rridu nkomplu naħdmu, nikkonvinċu n-nies u nwasslu messaġġ ċar – li l-Partit Nazzjonalista, kapaċi jkun Gvern alternattiv.
Dawk preżenti minn naħa tagħhom ferħu lil Alex Borg għax-xogħol li qed iwettaq, u l-proposti li qed jiġu preżentati għall-ġid tal-pajjiż.
Hu rringrazzja lill-voluntieri kollha li jgħinu lill-PN, għaliex grazzi għalihom dawn l-attivitajiet ikunu ta’ suċċess. Kif ukoll lil kull min attenda, tal-appoġġ u l-fiduċja tagħhom fil-Partit Nazzjonalista.
Għal din l-attivita l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Charles Bonello. Preżenti kien hemm anke kandidati tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>

