ll-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa għandhom għarfien tas-servizzi offruti mill-Employee Support Programme (ESP) dwar il-prevenzjon u l-immaniġġjar tal-burnout u jistgħu jagħmlu użu minn din l-għajnuna jew jiġu riferuti għal dan is-servizz meta jkun meħtieġ.
Dan intqal fil-Parlament għal tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa u Anzjanità Attiva.
Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia staqsa jekk hemmx politika jew guidelines uffiċjali fil-Ministeru dwar il-prevenzjon u l-immaniġġjar tal-burnout fost il-ħaddiema tas-saħħa.
//= $special ?>

