Ir-Renju Unit se jospita l-ftuħ tat-Tour de France tal-irġiel u tat-Tour de France tan-nisa, f’dak li se jkun l-ewwel darba li ż-żewġ Grand Départs isiru fl-istess pajjiż barra minn Franza.
It-Tour tal-irġiel se jibda f’Edinburgh u jinkludi fażijiet lejn Carlisle, Liverpool u Cardiff, filwaqt li t-Tour tan-nisa se jiftaħ f’Leeds, jgħaddi minn Manchester u Sheffield, u jintemm f’Londra.
Dawn ir-rotot se jgħaddu minn postijiet ikonici bħall-Edinburgh Castle, il-Lake District u l-Brecon Beacons. L-avveniment, li se jkun b’spettaklu eċċitanti b’tul ta’aktar minn 900km li se jgħaddi minn diversi toroq pubbliċi.
Hu mistenni se jinvolvi madwar 7,000 voluntier.
L-organizzaturi qed jisħqu li l-għan ta’ dan l-avveniment hu li jżied l-għarfien taċ-ċikliżmu u jsaħħaħ l-komunitajiet.
Il-bqija tat-tiġrijijiet mbagħad jkomplu fi Franza.
Ir-Renju Unit se jospita l-Grand Départ tat-Tour de France fl-2027


