Lokali Qorti

Jinżamm arrestat fuq akkużi ta’ stupru u detenzjoni llegali

Żagħżugħ ta’ 25 sena minn Ħaż-Żabbar ġie miżmum fil-ħabs wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ stupru, theddid b’mod vjolenti u detenzjoni mhux legali, wara li l-vittma xehdet permezz ta’ video-conference. Il-każ jirreferi għal allegat att li seħħ fil-lejl tas-13 ta’ Jannar fl-appartament tal-akkużat f’Żabbar.

Il-qorti semgħet xhieda urġenti mill-vittma, li kellha tirritorna lejn il-Kolombja fil-ġranet li ġejjin. Il-vittma spjegat li kienet Malta għal vaganza ta’ madwar ġimgħa u li hi tinvolvi ruħha f’attività sesswali, f’kelma waħda tagħmel xogħol ta’ prostituzzjoni.

Skont il-vittma, il-kuntatt mal-akkużat sar permezz ta’ paġna online u komunikazzjoni fuq WhatsApp b’mowbajl li taqsam ma’ ħabiba tagħha. Il-ftehim kien li l-ħlas kien ta’ €160, inkluż trasport bit-taxi mill- Imsida sa Ħaż-Żabbar, fejn l-akkużat kien qed jistenna. Dan kien ftit wara l-11.30pm.

Meta daħlu fil-kamra tas-sodda, l-vittma qalet li l-akkużat għalaq il-bieb u żammha hemm. Skont il-vittma, ma kien hemm ħaddf fl-appartament u l-akkużat xerred il-kokaina fuq il-ġisem tagħha u beda jikkonsmaha. Wara beda jaġixxi b’mod aggressiv wara li insistiet li titħallas qabel l-eżekuzzjoni tal-attività sesswali.

Il-vittma spjegat li l-akkużat ħataf il-mowbajl tagħha, neħħa d-data tal-mobajl u ffinalment wettqu atti sesswali mhux konsenswali, inkluż penetrazzjoni mingħajr kondom u sess orali mingħajr kondom, minkejja li l-ftehim kien li dawn kellhom isiru bil-kondom. Hija qalet li kollox seħħ taħt theddid u bil-biża’ għall-ħajja tagħha.

Fil-mument li pprova jfittxilha għajnuna, il-vittma ippruvat taħrab u l-akkużat beda jirrabja, ħadilha l-mobajl l-attenzjoni tal-ħanut sabiex l-impjegat jgħaddi informazzjoni lill-pulizija, u finalment ir-riżultat kien li l-akkużat ħareġ oġġett iswed minn taħt is-sodda u beda jimmima bħal kieku qed juża’ arma tan-nar.

Il-Qorti ġiet murija ġakk tal-karozza, li l-vittma identifikat bħala oġġett li ntuża’ biex tiġi mhedda. L-oġġett kien maqbud u eżaminat minn esperti. Hija spjegat kif matul l-esperjenza kollha, kienet tipprova tħeġġeġ lill-akkużat u ssib mod biex tħalli l-appartament.

F’punt minnhom l-akkużat ppropona li jmorru jixtru whisky, L-akkużat ħalla l-post u l-pulizija waslu fi ftit minuti, wara li rċevew l-rapport u identifikat l-appartament tiegħu. Il-vittma ngħatat il-mowbajl u l-baskett li kellha mill-akkużat u ttieħdet l-isptar għal eżamijiet mediċi qabel ma ġiet eskortata d-dar mill-pulizija.

Hija kkonfermat li qatt ma ngħatat il-ħlas miftiehem ta’ €160 u qalet li tħoss “ħażin kontinwament” u tħoss għaġna meta tirrifletti fuq l-avveniment, li qatt ma kellha esperjenza simili f’ħajjitha profesjonali. Matul il-kontro eżami, l-avukat Silvan Pulis staqsa lill-vittma dwar il-perjodu tal-waqfa f’Malta, l-użu tal-mowbajl imqassam, il-prezz tal-servizzi u l-kompetenza tal-akkużat bl-Ingliż.

Hija kkonfermat li kienet hi li kkomunika mal-akkużat u li l-prezz ta’ €160 kien standard, kemmxejn miżjud għal klijent ġdid. Hija qalet li l-bieb baqa’ magħluq wara li nżammet iċ-ċavetta fil-bieb u li qatt ma ġarrbet ġrieħi fiżici, għalkemm kienet taħt theddid u bi biża’.

Wara l-argumenti dwar il-ħelsien mill-arrest, il-qorti irrifjutat il-ħelsien għall-akkużat, hekk kif il-prosekuzzjoni enfasizzat li l-allegazzjonijiet huma fost l-aktar serji u vjolenti, u li hemm riskju reali ta’ tbgaħbis tax-xhieda u theddid fuq il-persuni involuti, inkluż impjegati tal-ħanut. Il-prosekuzzjoni talbet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Il-każ ġie pospost għal proċeduri aktar dettaljati. L-akkużat kien rappreżentat mill-avukat Silvan Pulis, filwaqt li l-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Kurt Farrugia flimkien ma’ Dorianne Tabone u Jurgen Dalli mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.