Lokali

Konferma oħra li Robert Abela reġa’ qarraq

Id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li disa’ minn kull għaxar żgħażagħ taħt l-età tal-35 sena huma sidien ta’ darhom – hija qarrieqa.

U dan jista’ jiġi konfermat anke minn statistika li ħareġ il-Bank Ċentrali.

Bil-Fact Checher tat-Times jikxef kif Robert Abela kien qed jikkwota l-ammont ta’ djar; u mhux persuni individwali.

Il-Prim Ministru kien għamel din id-dikjarazzjoni dwar is-suq tal-proprjetà waqt l-intervista li kellu ma’ Lovin Malta; fejn tenna li d-data tal-Bank Ċentrali uriet li madwar 90% tan-nies taħt it-35 sena għandhom id-dar tagħhom – rata ferm ogħla mill-medja Ewropea.

Skont l-istess Fact Checher, kelliem għall-Bank Ċentrali kkonferma li r-riżultati mhux ippubblikati tal-2023 juru li 91% tal-familji fejn il-membri kollha huma taħt l-età ta’ 35 sena għandhom id-dar tagħhom.

Dan ma jfissirx li 91% tal-persuni kollha taħt il-35 sena għandhom dar.

Għalhekk, il-verdett tat-Times jitkellem ċar: din id-dikjarazzjoni ta’ Abela kienet għal kollox qarrieqa, peress li ma tirriflettix ir-realtà tal-akkomodazzjoni li qed jaffaċċjaw ħafna żgħażagħ f’Malta.