Internazzjonali

L-Istati Uniti: Jirritornaw minn missjoni fl-ispazju minħabba emerġenza

Irritonaw lura fid-dinja l-erba’ astronawti li kellhom ikunu evakwati b’urġenza mill-International Space Station (ISS) .

L-inżul tagħhom, ‘il hinn mill-kosta ta’ Kalifornja, seħħ wara li l-missjoni tagħhom fl-ispazju kellha tieqaf xahar qabel suppost minħabba emerġenza medika.

L-astronawti huma Mike Fincke, membru tan-NASA u l-kaptan tal-grupp ‘Crew 11’ li jinkludi lil Zena Cardman (ukoll tan-NASA); il-Ġappuniż, Kimiya Yui u l-kosmonawta Russu Oleg Platonov.

Din hi l-ewwel darba li grupp ta’ astronawti spiċċaw evakwati lura lejn id-dinja fost proċess ta’ emerġenza dovut għal issue tas-saħħa mindu l-International Space Station beda jiffunzjona madwar l-orbita tad-dinja fl-1998.