Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara ħabta fis-Swieqi

Mara ta’ 70 sena residenti Pembroke tinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabtet ma’ ħajt bil-karozza tal-għamla Toyota Starlet.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13.00 pm, fi Triq Sant’Andrija, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret minnufih fil-post, filwaqt li ssejjaħ ukoll tim mediku u l-mara ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard, ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.


Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.