Lokali

Maria Micallef tmexxi l-ewwel laqgħa tal-MCESD

Tlaqqa’ għall-ewwel darba din is-sena l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD – laqgħa li saret taħt it-tmexxija ta’ Maria Micallef, l-ewwel Chairperson mara ta’ dan il-Kunsill.

Fl-intervent tagħha, Micallef qalet li l-ħtieġa għad-djalogu soċjali qatt ma kienet daqshekk kruċjali. Dan fl-isfond ta’ sfidi globali u dawk lokali; fosthom il-kompetittività u t-trasformazzjoni diġitali.

Ic-Chairperson tkellmet fuq l-impenn tagħha li tmexxi l-MCESD b’integrità, imparzjalità u serjetà mal-unions u l-Korpi Kostitwiti.

Maria Micallef irrimarkat kif fil-jiem li ġejjin se tkun qed tiltaqa’ mal-membri u l-Kumitati tal-Kunsill tal-MCESD biex immedjatament jiġu diskussi l-aspettattivi tal-imsieħba soċjali… u jsir xogħol strutturat biex dawn jintlaħqu b’mod professjonali.