Sport

Milan jirbħu b’doppjetta ta’ Rabiot kontra Como

Fis-Serie A, Como ospitaw lil Milan fl-Istadium Giuseppe Singaglia f’Como.,Kienet prestazzjoni sodisfacenti għal Milan barra minn darhom, minkejja li fl-aħħar partita ġabu draw kontra Fioretina.

Como ħarġu b’saħħithom fl-ewwel taqsima meta fetħu l-iskor fl-ewwel għaxar minuta logħob, meta d-difensur ta’ Como, Marc Kempf, minn assist ta’ Martina Baturina jegħleb lil gowlkiper Franċiż Mike Maignan

Ftit minuti qabel ma ntemmet l-ewwel taqsima, ir-referee tal-logħba Marco Guida jagħti penalty lil Milan, wara li l-awtur tal-gowl ta’ Como, Kempf, iwaqqa’ lil midfielder Adrien Rabiot fil-kaxxa. Il-penalty ġie mogħti minn Christopher Nkunu minn 11-il metru jagħmel l-iskor indaqs, bl-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta’ 1-1.

Fit-tieni taqsima, Milan imorru fil-vantaġġ meta fil-55 minuta, il-midfielder Franċiż Adrien Rabiot jiskorja xutt mill-isbaħ minn ġirja ta’ Rafael Leao. Fit-88 minuta, l-istess plejer Rabiot jżid il-vantaġġ għal Milan biex jagħti rebħa lil Rossoneri.

F’aktar logħob il-Ħamis, Bologna rebħu barra minn darhom kontra Hellas Verona, li issa jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika.Bologna għelbu lil Hellas Verona bl-iskor ta’ 3-2.

Hellas Verona jmorru fil-vantaġġ fit-13-il minuta meta l-attakkant Gift Orban isib il-gowl tal-vantagg.
Bologna ma jaqtawx qalbhom u fil-21 minuta jsibu l-gowl tad-draw meta l-winger laterali Riccardo Orsolini, minn assist ta’ Remo Freuler, jegħleb lil gowlkiper Lorenzo Montipo. Tmien minuta wara, Bologna jiskorjaw it-tieni gowl meta l-midfielder ċentral, Jens Odgaard, jagħmel l-iskor 2-1 minn assist ta’ Benja Dominguez.

Fit-43 minuta, Bologna jżidu l-vantaġġ meta l-attakkant Santiago Castro minn assist ta’ Tommaso Pobega jiskorja t-tielet gowl ta’ Bologna f’din il-partita.

L-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta’ 3-1.

Fit-tieni taqsima, Hellas Verona jnaqqsu d-distakk meta fil-71 minuta, il-midfielder ta’ Bologna jagħmel awto-gowl biex jagħti t-tieni gowl ta’ Hellas Verona.