L-ARMS ikkonfermaw dak li ġie żvelat mill-Partit Nazzjonalista l-Ġimgħa waranofsinhar ċioè li kien hem min irċieva kontijiet tad-dawl bi prezz aktar milli suppost kaġun ta’ żball.
Dan ikkonfermatu fi stqarrija ċ-Chief Operating Officer tal-ARMS, Nikita Alamango, ċioè ċ-Chairperson tan-Nisa Laburisti, fejn imkien ma saħqet li dawk affettwati ġew infurmati bl-iżball li seħħ…u li rċevew kontijiet ogħla milli suppost.
Alamango kkonfermat li kien hemm persentaġġ ta’ klijenti li sofrew dan l-iżball aktar minn sena ilu, kif ġie żvelat mix-Shadow Ministers Mark Anthony Sammut u Graziella Galea madanakollu ċaħdet li b’xi mod jew ieħor sar xi ħabi li kien hemm żball fis-sistema relatata mal-mekkaniżmu tat-tnaqqis tal-eko-kontribuzzjoni.
Għalkemm, tul dawn ix-xhur, imkien ma sar magħruf pubblikament li seħħ proprju dan l-iżball.
Kien innotat ukoll kif din il-problema ċertament li għadha mhux solvuta kif ittantat tpinġiha Nikita Alamango, hekk kif il-kontijiet żvelati mill-Partit Nazzjonalista aktar kmieni tul il-jum tal-Ġimgħa kien kont riċenti.
Dan ifisser li ma qalux kemm kienu l-kontijiet affettwati minn dan l-iżball u kemm għad hemm li huma affettwati; jew għax ma jafux…jew għax ma jridux juru.
Hija saħqet ukoll li suppost il-ħlas għandu jkun backdated sabiex il-klijenti jkunu trattati b’mod ġust, għaldaqstant dawk il-persuni li sal-lum għadhom ma jafux jekk hux se jitħallsu jew le..huma mħeġġa jagħmlu kuntatt mal-ARMS, inkluż dawk li għadhom qed jirċievu l-kont tad-dawl mingħajr il-kontribuzzjoni tal-eco-reduction.
//= $special ?>

