Mis-Serie fi Stadio Romeo Anconetani draw ta’ 1-1 bejn Pisa u Atalanta. Dan ir-riżultat iħalli lil Pisa fid-19-il post tal-klassifika b’14-il punt. Atalanta min-naħa l-oħra baqgħu fis-seba’ post tal-klassifika 32 punt. Bl-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls, kienu Atalanta li fetħu l-iskor fit-83 minuta meta Kamaldeen Sulemana sab lil Nikola Krstovic li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Erba’ minuti Pisa kisbu l-gowl tad-draw meta kien Mehdi Leris li għadda lejn Rafiu Durosinmi li xeħet fix-xibka.
//= $special ?>Draw bejn Pisa u Atalanta


