Il-familji tal-persuni li ntqatlu fl-Iran waqt il-protesti kontra r-reġim, qalu lill-BBC li l-awtoritajiet qiegħdin jitolbu ammonti kbar ta’ flus biex l-iġsma tal-familjari tagħhom ikunu ritornati biex ikunu jistgħu jingħataw l-aħħar tislima.
Diversi sorsi qalu lill-BBC fil-Persja, li l-iġsma huma miżmuma fil-mortwarji u fl-isptaritijiet u li l-forzi tas-sigurta’ mhumiex se jirritornawhom sakemm il-familjari ma jħallsux l-flus li qiegħdin jiġu mitluba.
Mill-anqas 2,435 persuna inqatlu fl-Iran matul dawn l-aħħar ġimgħatejn fi protesti kontra r-reġim.



