Il-ġurin ta’ Noel Azzopardi li qed jiġi mixli li spara u qatel lil Eric Borg ta’ 27 sena, fir-Rabat – propju fl-ewwel tas-sena ta’ sentejn ilu….ikkonkluda li hu ma kienx fi stat ta’ ġenn. Iżda bħalissa, m’għandux jgħaddi ġuri.
Id-deliberazzjoni kienet bdiet fis-1 ta’ wara nofsinhar.
Matul il-jum ix-xhieda kollha eżawrew id-dispożizzjonijiet tagħhom fil-Qorti. Fost ix-xiedha kien hemm wkoll psikjatri, illi komplew jisħqu fost l-oħrajn li l-kundizzjoni mentali tal-akkużat ma kinitx fi stat normali.
Il-ġurin li beda nhar it-Tnejn kien qed jinstema quddiem l-Imħallef Neville Camilleri – bir-responsabbiltà tal-ġurati tkun dik li jridu jiddeċiedu jekk l-akkużat kienx fi stat ta’ ġenn fil-mument tal-isparatura, u hekk hux fi stat san biżżejjed li jkomplu l-proċeduri kontrih. Tant li issa, ġie konkluż li m’għandux jaffaċja ġuri.
Wara s-sottomissjonijiet tad-difiża u dawk tal-prosekuzzjoni, l-Avukat Arthur Azzopardi beda l-kontroreplika għan-nom tal-akkużat.
Wara indirizz kemmxejn twil mill-Imħallef li ħa kważi tliet sigħat – fil-Qorti ħareġ wkoll li Azzopardi fil-jum tad-delitt lemaħ karozza ħdejn l-għelieqi, niżżel il-ħġieġa tal-karozza tiegħu u l-vittma allegatament kien pront heddu.
Noel Azzopardi qallu wkoll li kien konxju li spara lejn Borg u ta’ dak li għamel, għax kien jemmen li l-vittma “illum jew għada” kien se jagħmillu xi ħaġa.
Issemma’ wkoll episodju fejn darba ra lil xi ħadd f’karozza jiċċassa lejh; li kkontribwixxa għall-biżgħat tiegħu.
//= $special ?>
