Is-s ummit bejn Greenland, id-Danimarka u l-Istati Uniti ma għin xejn biex jikkalma l-biża’ li għandhom iċ-ċittadini dwar it-theddida ta’ Trump li jieħu Greenland bis-sewwa jew bid-dnewwa.
Il-poplu Daniż esprima preokkupazzjoni f’Kopenhagen u anke f’Solvang, f’Kalifornia, hekk kif Trump żied it-theddid tiegħu biex Greenland issir parti mill-Istati Uniti u tkun taħt il-kontrol tagħha..
Il-Ministru Daniż Lars Lokke Rasmussen qal li filwaqt li it-taħditiet kienu kostruttivi, għad hemm nuqqas ta’ qbil fundamentali bejn iż-żewġ naħat u aktar tard kritika lill-President Donald Trump talli jrid jixtri lill-Greenland.
Għalkemm Trump ma eskludiex l-użu tal-forza, huwa qal li jista’ jinstab ftehim mat-territorju ta’ Greendland. Bosta stati Ewropej bagħtu s-suldati tagħħhom fil-kapitali ta’ Greenland, Nuuk, bħala parti mill-missjoni – messaġġ li l-Ewropa u n-NATO jinsabu preżenti u lesti għal kwalunkwe żvilupp li jista’ jseħħ fi Greenland.
//= $special ?>

