“Is-saħħa se tkun prijorità għal Gvern Nazzjonalista, u huwa importanti li l-privat u s-servizzi pubbliċi fis-saħħa jaħdmu flimkien biex joffru l-aħjar servizz possibli għall-Maltin u l-Għawdxin.”
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt żjara li għamel fl-Isptar Da Vinci f’Birkirkara; fejn kellu l-opportunità jara uħud mill-faċilitajiet ta’ dan l-isptar – fosthom il-kamra rar-radjoloġija, il-laboratorji u s-serizzi tal-MRI.

Matul din iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg iltaqa’ mad-diriġenti ta’ dan l-Isptar, fejn ġie diskuss fost l-oħrajn il-pressjoni fuq is-servizzi tas-saħħa, l-investiment li qed ssir u s-servizzi li qed jingħataw il-pażjenti ta’ dan l-Isptar privat.
Net News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Da Vinci, Pierre Vassallo illi tkellem dwar l-investiment li sar fl-aħħar snin fil-privat u dak illi qed joffru.

Intant, f’kummenti li ta li Net News, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg tenna kif fis-settur tas-saħħa, jeħtieġ aktar investiment.
Hu spjega illi jemmen ħafna li fil-ħtieġa li jkun hemm ħidma ko-ordinata bejn il-privat u s-settur pubbliku, għaliex dan żgur ikun ta’ benefiċċju għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Matul din iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mix-Shadow Minsiter għas-Saħħa Stephen Spiteri ix-Shadow Minister għall-Kura Primarja Ian Vassallo, kif ukoll il-kandidant tal-Partit Nazzjonalsita għall-elezzjoni ġenerali Paul Mazzola.




