Stephen Spiteri, PN
Ix-Shadow Mnister għas-Saħħa Stephen Spiteri sostna fl-Aġġornament tal-parlament li l-PN fil-gvern jassigura it-trattament onkoloġiku jkun fuq il-formolarju tal-gvern biex dawn il-pazjenti jinqdew kif jixraq mingħajr ma jittalbu għall-kura u bl-anqas dewmin possibbli.
Hu qal li b’hekk aktar mediċini u trattamenti innovattivi ikunu offruti għall- aħjar kura tal-pazjenti bil-marda tal kanċer. Mediċini li qed joffru aktar suċċess ta’ kura b’anqas effetti kollaterali u b’anqas relapse tal-marda.
Il-PN ilu snin jitkellem dwar din it-transizzjoni ta’ kura mill-Community Chest Fund għal fuq il-formolarju tal-mediċini offruti mingħajr ħlas.
Mas-saħħa ma hemmx kompromess imma l-aħjar kura, sostna Stephen Spiteri.


