Waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalist, inħatru 7 uffiċjali tal-Partit Nazzjonalist għas-sentejn li ġejjin, kif jipprovdi l-istatut tal-Partit Nazzjonalista. Il-membri tal-Eżekuttiv ivvutaw għal seba’ karigi differenti, u dawn kienu r-riżultati.
- Charles Bonello nħatar fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-PN
- Mary Anne Lauri nħatret President Riċerka Politika
- Chris Said inħatar President Djalogu Soċjali
- Joseph Grech inħatar Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv
- Graham Bencini nħatar Chairperson tal-Kunsill Amministrattiv
- Beppe Galea nħatar fil-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali
- Veronica Perici Calascione nħatret fil-kariga ta’ Teżorier
In-nominazzjonijiet għal dawn il-karigi ntlaqgħu bejn nhar it-Tlieta 6 u l-Ġimgħa 9 ta’ Jannar mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista.




