Lokali

“Malta għandha bżonn aktar spazji ħodor, mhux inqas”

Il-paġna soċjali ‘Waggos’ li tittratta temi li jorbtu mal-benesseri tal-klieb, ħarġet tikkritika l-mossa tal-Gvern li kesa Ta’ Qali biż-żrar u r-ramel. U permezz ta’ filmat fuq Instagram, huma insistew li “Malta għandha bżonn aktar spazji ħodor, mhux inqas”.

Huma qed jgħidu li l-komunità lokali tħalliet mingħajr dak li għandna bżonn l-aktar.

“F’pajjiż fejn l-ispazji ħodor huma skarsi mmens, din il-mossa ħalliet li bosta diżappuntati”.