Rapporti li qed jidhru fuq il-portal tal-aħbarijiet ta’ The Times, qed jindikaw li numru ta’ plejers tat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo qed ikunu investigati fuq suspett li wettqu mħatri fuq il-partiti li huma stess lagħbu fihom, waqt il-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew li bħalissa qed jintlagħab fis-Serbja.
L-artiklu investigattiv ta’ The Times żied jgħid li “sorsi qrib l-investigazzjoni qalu li l-plejers, li bħalissa jinsabu f’Belgrad, huma suspettati li għamlu mħatri fuq id-differenza fil-gowls tal-ewwel logħba ta’ Malta kontra l-Montenegro li ntlagħbet is-Sibt li għadda.”
Skont dak irrapurtat, il-plejers involuta huma madwar erbgħa, u li hemm suspett fiuqhom li ppjanaw biex jimmanipulaw il-partita b’tali mod li r-riżultat finali jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-imħatri tagħhom u b’hekk jirbħu l-flus.
B’referenza għal dan l-artiklu, Net News talab il-kummenti tal-President tal-ASA, Karl Izzo li bħalissa junsab f’Belgrad, mal-bqija tal-iskwadra Maltija.
Izzo kien skjett u qal li jista’ “nikkonferma li ma rċevejna ebda forma ta’ rapport, la mil-Pulizija, la mill-AIMS u lanqas mill-European Aquatics. Dan ifisser li f’dan l-istadjiu dawn l-allegazzjonijiet huma kollha għajdut għaliex kieku kien hemm xi forma ta’ provi, dawn kienu jinfurmaw lilna bħala assoċjazzjoni.”
Sorsi oħrajn, viċin it-tim Malti, u li tkelmu ma’ Net News qalulna kif ilhom tliet t’ijiem li semgħu b’dawn l-allegazzjonijiet, u qed isibuha stramba kif storja bħal din ħarġet eżatt wara l-ewwel rebħa ta’ Malta f’din il-kompetizzjoni, illum kontra Iżrael bl-iskor ta’ 15-14.
//= $special ?>

