Futbol Sport

Rebħa konvinċenti għal Valletta fuq Mosta

Mosta ………….. 0

Valletta ………… 5

Mosta: D.Akpan, A.Agius, M.Bolanos, C.Diamanka, G.Sciberras, N.Agius, A.Cacho, S.Zibo, J.Vassallo, Z.Brincat, L.Fernandes

Valletta: A.Aguero, S.Borg, B.Paiber, J.Azzopardi, Y.Yankam, K.Brewer, E.Mbende, Y.Messias, S.Radic, T.Aldama, V.Meijer

Referee: D.Portelli

Assisteni Referees: D.Spencer, R.Curtis

Rebħa konvinċenti għal Valletta fuq Mosta bl-iskor ta’ 5-0 biex b’hekk bdew il-Closing round bi tliet punti. Valletta ħadu l-vantaġġ wara biss tliet minuti meta kien Thaylor Aldama li kkonkluda wara Akpan għal 1-0. Minkejja li kkontrollaw il-maġġor parti tal-partita.

Vallletta irduppjaw fit-78 minuta b’gowl ta’ Emmanuel Mbende. Valletta skorjaw it-tielet gowl fil-85 minuta minn gowl ta’ Andrea Zammit, qabel fit-92 minuta reġa’ kien Zammit li minn pass ta’ Jake Azzopardi xeħet wara Akpan għal 4-0. Biex minuta wara kien l-istess plejer Andrea Zammit, li minn pass ta’ Melillo xeħet f’lasta vojta għall-ewwel hat-trick tiegħu fil-Kampjonat Premier u riżultat finali ta’ 5-0.

Sliema Wanderers ……… 1

Zabbar St.Patricks ……….. 0

Sliema W: R.Al Tumi, J.Borg, A.Magri-Overand, V.Plut, L.Montebello, R.Prsa, M.Bah, E.Agius, W.Matos, H.Freire, T.Espindola

Zabbar STP: G.Colombo, B.Forte, S.Cejas, S.Jovancic, Z.Leonardi, R.Scicluna, M.Barbosa, K.Scicluna, J.Pisani, I.Akpan, M.Fontanella

Referee: F.Zammit

Assistenti Referees: M.Scerri, M.Ciantar  

Fit-Tony Bezzina Stadium Sliema Wanderers għelbu lil Zabbar St. Patricks bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fil-71 minuta meta kien Roko Prsa li mil-lemin xeħet wara Colombo u kkonkluda fix-xibka.