L-ewwel stimi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex setgħu jikkontrollaw u jitfu n-nirien li ħakmu scrapyard fi Triq Garibaldi, il-Marsa, nhar il-21 ta’ Novembru, 2025, juru li din l-operazzjoni swiet madwar €166,000.
Dan ikkonfermah fil-Parlament Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg li staqsiet kemm hi stmata l-ispiża totali li ġarrab il-pajjiż, b’mod partikolari f’termini ta’ riżorsi umani, riżorsi materjali bħall-ilma, kif ukoll interruzzjonijiet, biex l-awtoritajiet kompetenti setgħu jikkontrollaw u jitfu n-nirien li ħakmu scrapyard fi Triq Garibaldi, il-Marsa, nhar il-21 ta’ Novembru, 2025.
//= $special ?>

