Lokali

Baħri tilef ħajtu wara li għereq ‘l barra mill-Kosta ta’ Wied il-Għajn


Baħri Filippin ta’ 55 sena tilef ħajtu wara li waqa’ l-baħar waqt li kien qed jagħmel xi xogħol
madwar 15-il mil nawtiku ‘l barra mill-Kosta ta’ Wied il-Għajn.

L-inċident seħħ ilbieraħ meta l-Pulizija ġiet infurmata mill-Forzi Armati ta’ Malta li ntalbet l-assistenza tagħhom wara li baħri, waqt li kien qed jorbot dgħajsa tas-servizz ma’ bastiment,waqa’ minn fuq l-istess dgħajsa konsegwenza tal-mewġ qawwi.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li baħri ieħor, Filippin ta’ 43 sena, qabeż fil-baħar
sabiex isalva lir-raġel u bl-assistenza ta’ żewġ baħrin oħra, irnexxielhom itellgħuh.Iż-żewġ Filippini ddaħħlu l-art mill-Forzi Armati, fejn sfortunatament ir-raġel ta’ 55 sena kien iċċertifikat mejjet, filwaqt li l-persuna l-oħra ittieħdet l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie kkonfermat li ma ġarrabx ġrieħi.

Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.