Lokali

AĠĠORNATA: Tirriżulta fin-negattiv it-theddida ta’ bomba fil-Gżira

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Triq ix-Xatt il-Gżira kellha tingħalaq għal ċertu ħin wara li l-Pulizija rċivew telefonata ta’ theddida ta’ bomba fil-Gżira.

Fil-post kien hemm preżenza qawwija ta’ Pulizija kif ukoll membri tal-Bomb Disposal Unit mill-Forzi Armati ta’ Malta li fittxew iz-zona għas-sigurtà tan-nies.

Jirriżulta li r-rapport daħal kmieni s-Sibt waranofsinhar għall-ħabta tan-12:30 bit-triq ingħalqet miż-żewġ naħat għal ftit ħin. Dan filwaqt li sakemm kienet qed issir it-tfittxija kien hemm konġestjoni kbira tat-traffiku.

Iżda wara li saret it-tfittxija rriżulta li din it-theddida kienet falza bit-triq reġgħet infetħet b’mod normali.