“Flimkien nistgħu nerġgħu nibnu Malta aħjar u noffru kwalità ta’ ħajja aħjar lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg hekk kif is-Sibt filgħaxija ġie inawgurat l-ewwel fażi ta’ tisbieħ li sar fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Ħaż Żebbuġ.
Matul id-diskors tiegħu Alex Borg stqarr li qegħdin ngħixu kapitlu sabiħ għall-Partit Nazzjonalista fil-lokalità ta’ Ħaż Żebbuġ u grazzi għal dawn ix-xogħolijiet il-Partit Nazzjonalista se jkun jista’ ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li rridu nibqgħu fuq in-naħa tas-sewwa bħalma kienu dawk fil-passat bil-Partit Nazzjonalista se jkompli bil-ħidma tiegħu favur is-sewwa.
Minn naħa tiegħu, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione fakkar li kien hemm esponenti kbar li ġew mil-lokalità ta’ Ħaż Żebbuġ u li dejjem kienu fuq quddiem nett għas-sewwa. Huwa qal li s-sitwazzjoni ta’ pajjiżna hija serja u għalhekk irridu nkomplu nuru li l-Partit Nazzjonalista huwa Gvern alternattiv b’saħħtu.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello qal li dawn il-każin partikolari huwa monument ta’ reżistenza dan għaliex ta qabilna kienu lesti li jiġġieldu għas-sewwa dan filwaqt li saħaq fuq l-importanza li nibqgħu determinati sabiex ikollna Malta aħjar.

Minn naħa tiegħu l-President tal-Kumitat Sezzjonali ta’ Ħaż Żebbuġ qal li t-tieni fażi ta’ xogħolijiet fil-kazin se jibdew fiż-żmien li ġej u għandhom jitlestew fix-xhur li ġejjin. Dan apparti li rringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu parti mix-xogħol ta’ tisbieħ.

Għaldaqstant matul din l-inawgurazzjoni ġiet imfakkra l-istorja tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalità ta’ Ħaż Żebbuġ fosthom li l-ewwel każin kien infetaħ lura fl-1962 u mbagħad fl-1990 l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami kien fetaħ il-każin preżenti. Dan apparti wkoll li tfakkret il-ġrajja tal-balavostri li seħħt fl-1981.





Intant, fi tmiem din is-serata ġiet inawgurata plakka kommemorattiva.



