Sport Sport Ieħor

Il-41 Edizzjoni tal-Maratona ta’ Malta u Weightlifting fi SportExtra nr. 13

Għada fuq NET Television mill-5.00 pm ‘l quddiem jixxandar it-tlettax il- programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm l-aħħar dettalji dwar il-41 Edizzjoni tal-Lifestar Malta Maraton.Mistieden id-direttur tal-Maratona JOE MICALLEF fejn miegħu ġew diskussi l-aspetti kollha kemm dwar loġistika kif wkoll dwar partecipazzjoni minn atleti lokali u barranin kif wkoll dwar il-mod kif il-Maratona ta’ Malta żviluppat matul dawn l-aħħar 41 sena.

Fit-tieni parti tal-programm enfażi dwar il-weightlifting b’analiżi dwar dak li seħħ sa tmiem is-sena 2025 kif wkoll dwar il-kompetizzjonijiet internazzjonali fil-kalendarju tal-Malta Weightlifting Association. Mistieden fil-programm JESMOND CARUANA – President tal-MWA

SPORT EXTRA għandu lil Elisa Battistino bħala responsabbli mill-muntaġġi tas-servizzi u filmati minn Michael Farrugia.