Il-Partit Laburista estenda l-ħinijiet tal-fest ferry għall-attività politika li għamel f’għeluq is-6 snin ta’ Robert Abela mexxej tal-Labour.
Matul l-attività beda jiċċirkola reklam li wera li s-servizzi tal-fast ferry ġew estiżi sabiex il-partitarji Laburisti jkunu jistgħu jattendu għar-rally tal-Labour. Fejn l-aħħar vjaġġ li sar minn Bormla lejn il-Belt kien dak tal-10:30pm u dak mill-Belt Valletta lejn Għawdex kien fil-11:15pm.
Madanakollu, sorsi qrib dawk li joperaw il-fast ferry u li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet spjegaw illi dan sar kollu minn flus il-poplu Malti u Għawdxi, u cioè, il-poplu ħareġ il-flus sabiex l-attività politika – suppost – kellha aktar nies.



