Jidher li wara ripressjoni qawwija mill-gvern tal-Iran – il-protesti issa waqfu.
F’Tehran, in-nies qed jgħidu li l-ħwienet reġgħu fetħu għall-pubbliku, it-toroq huma kwieti u li l-ħajja reġgħet qed tinħass normali.Minkejja dan, bosta persuni għadhom mingħajr internet – sitwazzjoni li ilha għaddejja għal aktar minn ġimgħa u li qed tħalli effett mill-aktar negattiv, hekk kif in-nies mhux qed ikunu infurmati b’dak li qed jiġri.
Uffiċjali Iranjani qasmu ċifri dwar id-danni kkawżati matul il-protesti. Kleriku anzjan qal li mijiet ta’ moskej, kmamar tal-talb, sptarijiet u vetturi ta’ emerġenza sarilhom il-ħsara. Huwa qal ukoll li djar ta’ mexxejja reliġjużi ġew attakkati, u esprima l-frustrazzjoni tiegħu lejn il-gvern.
Il-Mexxej Suprem Ayatollah Ali Khamenei akkuża lill-President Amerikan Donald Trump għall-irvellijiet u d-diżgrazzji. U saħaq li l-protestanti ġew megħjuna minn poteri barranin.
Il-protesti bdew fi tmiem Diċembru minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi ħżiena.
//= $special ?>

