Shaun Theuma, li kien mixli b’reati relatati mad-droga, inkluż traffikar u pussess aggravat – f’żewġ każijiet separat fl-istess sena, inħeles mill-akkużi kollha.
L-ewwel każ imur lura għal Novembru tal-2013, meta Theuma nstab fid-dar ta’ Luke John Milton – fejn saret rejd mill-pulizija wara li suspett li Milton kien seraq dgħajsa. F’dan ir-rejd instabu 51 pillola ta’ Ecstasy flimkien ma’ ftit kannabis.
It-Tieni każ seħħ f’Novembru tal-2014 meta, pulizija waqqfu karozza fil-Gżira, li fiha kien hemm Shaun Theuma, passiġġier. F’din il-karozza nstabu 17-il pillola ta’ Ecstasy. Minnufih il-pulizija ħadu d-drogi li nstabu, iżda sal-2021 – baqgħu ma ġewx ippreżentati fil-qorti.
L-avukati tad-difiża ta’ Theuma sostnew li hu kien temm b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni tad-droga u li għalhekk għandu jinħeles minn kull akkuża u jingħata ċans ieħor.
Il-qorti, osservat xi nuqqasijiet tekniċi min-naħa tal-pulzija u l-prosekuturi u ħelset lil Theuma mill-akkużi kollha miġjuba kontrih.
//= $special ?>

