Lokali

L-Isptar Mater Dei iwissi dwar it-temperaturi baxxi

L-Isptar Mater Dei ħareġ twissija minħabba l-kesħa li qed taħkem lil pajjiżna f’dawn l-aħħar jiem, partikolarment wara l-maltempata ta’ matul il-lejl.

Il-professjonisti spjegaw illi l-kundizzjonijiet kesħin jistgħu jżidu r-riskju ta’ mard u anke waqgħat u li l-anzjani u nies vulnerabbli għandhom riskju ogħla li jbatu minn temperaturi baxxi f’ġisimhom.

Fit-twissija, il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ sabiex iżur l-anzjani aktar ta’ spiss f’dawn il-ġranet u biex id-djar jinżammu sħan. Dan filwaqt li anke appella sabiex kulħadd joqgħod attent.

L-Isptar fakkar, illi meta persuna tagħmel ħafna ħin mal-art wara waqa’, dan jista’ jwassal għal temperaturi baxxi u perikolużi għal ġisem.