Tħabbret il-mewt tal-President ta’ ACF Fioretntina, Rocco Commisso, li ħalla din id-dinja fl-etá ta’ 76 sena wara perjodu twil ta’ trattament mediku.
Commisso twieled f’Calabria, l-Italja u siefer lejn l-Istati Uniti meta kellu 12-il sena. Huwa kien jattendi l-iskola Mount Saint Michael Accademy fil-Bronx fl-1967. Imbagħad studja fl-Università ta’ Columbia fejn kiseb Baċellerat fix-xjenza fl-inġinerija industrijali. Kiseb ukoll MBA mill-Graduate Business School.Fl-Iskola tan-Negozju, ġie magħżul bħala president tal-korp tal-istudenti. U rċieva Business School Service Award.
F’Ġunju tal-2019, Commisso xtara l-klabb famuż tal-futbol, ACF Fiorentina u sar il-president tiegħu.
Fiorentina twaqqaf fl-1926 u jinsab fir-renju ta’ Firenza. Fiorentina jilgħab fis-Serie A, l-ogħla livell tal-futbol Taljan.
Fi stqarrija, l-klabb iddeskriva lil Commisso bħala raġel leali, li kien ilu miżżeweġ lil martu Catherine għal 50 sena u li flimkien rabbew b’tant għożża liż-żewġ ulied tagħhom Giuseppe u Marisa. Il-Familja tiegħu iddeskivietu bħala raġel ġentili u determinat.
//= $special ?>

