Internazzjonali

Rocket tan-NASA bi vjaġġ ta’ għaxart ijiem madwar il-qamar

Il-mega-rocket ta’ NASA li se jġorr erba’ astronawti f’vjaġġ ta’ għaxart ijiem madwar il-qamar qiegħed fi triqtu lejn il-launch pad tiegħu fil-Kennedy Space Center f’Florida – pass kbir lejl il-missjoni Artemis 2.

Ir-rocket bdiet l-vjaġġ tagħha mill-Binja tal-Assemblaġġ tal-Vetturi fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu u qed tivvjaġġa b’inqas minn mil fis-siegħa u se tieħu bejn tmien u għaxar sigħat biex tasal fil-Kumpless tat-Tnedija 39B. Il-ħaddiema, l-astronawti u l-familji tagħhom inġabru biex jaraw ir-rocket jagħmel il-vjaġġ tiegħu.

Artemis 2 hija l-ewwel missjoni fil-programm il-ġdid tal-Qamar, ta’ NASA li ġġorr astronawti. Ġie pospost b’aktar minn sena minħabba problemi tekniċi li nstabu waqt testijiet preċedenti. L-inġiniera għadhom qed isolvu problemi tal-aħħar minuta, inkluż kejbil fis-sistema tal-emergency exit.