Lokali

Xeni mhux tas-soltu hekk kif Malta qamet miksija bis-silġ

Ritratt: Protezzjoni Ċivili

Malta qamet għal xeni mhux tas-soltu, wara lejl ta’ maltemp qalil u ħafna silġ.

Ritratti li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali, juru numru ta’ lokalitajiet miksijin b’purtiera bajda ta’ silġ u li ħafna qed ixebħu ma’ xeni li naraw fil-films u anke f’pajjiżi barranin.

Pajjiżna, inħakem minn maltemp qalil matul il-lejl, maltemp li beda lejn il-ħin ta’ nofsillejl u li baqa’ għaddej sa kmieni filgħodu.

L-aktar lokalitajiet maħkumin minn silġ kienu propju r-Rabat u l-Baħrija fost l-oħrajn.

Filfatt, fl-aħħar sigħat, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħareġ twissija sabiex is-sewwieqa f’dawn il-lokalitajiet isuqu bil-galbu sabiex jiġu evitati inċidenti.