Kenneth Vella
Bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-korsa tal-Marsa ngħata l-bidu għall-istaġun 2026 bl-ewwel żewġ laqgħat tas-sena. B’kollox saru 18 -il tiġrija tat-trott. Tnejn minnhom kienu gran finali għall-klassijiet kollha bil-bidu bil-vantaġġ fuq distanza ta’ 2160 metru. Dawn kienu organizzati bl-għajnuna tal-Awtorita’ EquestriMalta. L-aktar finali mistennija kienet dik għal klassijiet Premier u Gold u li ntrebħet minn Diamant Du Ruel misjuq minn Jesmar Gafa’.
Għaxar żwiemel biss ħadu sehem f’din il-finali, tiġrija li tilfet ftit mill-importanza tagħha wara li ftit siegħat qabel ġew skraċċjati il-popolari Gaspar D’Angis u Galago Du Cadran, li tant spikkaw l-istaġun li għadda. Kien Diamant Du Ruel (Jesmar Gafa’) l-aktar b’saħħtu wara l-bidu uffiċjali u fetaħ vantaġġ żgħir minn Awesome Kronos (Noel Baldacchino) u Lee Harvey Bros (Paul Galea). Diamant Du Ruel baqa’ jiġri b’saħħtu sat-tmiem biex qasam il-linja finali l-ewwel mill-veteran Crack Money (Charles Camilleri) li kien qiegħed jibda b’distakk ta’ erbgħin metru, Ecrin Du Layon (Dylan Baldacchino) u Follow Me Flash (Rodney Gatt). Awesome Kronos kellu jikkuntenta bil-ħames post.
Fil-finali għal żwiemel mill-klassijet Silver, Bronze u Copper, Gayle Galbe (Clint Vassallo) li bdiet b’distakk ta’ erbħin metru, attakkat fuq in-naħħa ta’ barra f’nofs id-dritta finali biex rebħet faċilment b’tul minn Java D’Urzy (Paul Galea) li kienet għal ħafna ħin quddiem, Defi Nay (Rodney Gatt), Bys Googo Star (Charles Camilleri) u Head Over Heels (Frederick Mallia).
Fi tmiem il-finali, il-Prim Ministru Dr Robert Abela, ippreżenta t-trofej lir-rebbieħa fil-preżenza tal-ogħla uffiċjali tad-diversi entitajiet responsabbli mill-organizzazzjoni ta’ dan l-isport.
Ir-rebbieħa kollha
Is-Sibt
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Kivabien D’Arnhem (R. Gatt) Ħin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Fakir Piya (P. Galea) 3. Jenna Du Val D’Or (F. Mallia) 4. Oro Doc (D. Hili)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Eindhoven DL (N. Baldacchino) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Jasmin Fleury (M. Mizzi) 3. Il Conto (C. Vassallo) 4. Halex Dark (J. Gafa’)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Golden Age (R. Gatt) Ħin – 2.41.9” (1.15.6”) 2. Hibiscus D’Angely (C. Vassallo) 3. Hobby Du Loisir (J. Pace) 4. Djembe Du Pont (C. Camilleri)
IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Keenness Eagle (Cherise Farrugia) Ħin – 2.43.1” (1.16.3”) 2. Figaro Du Fan (Ch. Grech) 3. Guide Imperial (D. Baldacchino) 4. Folie Des Landes (C. Farrugia)
V Tiġrija. Tal-Apprendisti. Dist – 2140m. 1. Hamilton Atout (K. Farrugia) Ħin – 2.40.6” (1.15”) 2. Dats Trixi (Z. Magri) 3. Easy De Trouville (A. Grech) 4. Distinto Luis (M. McKay)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Cinik D’Aghi (M. McKay) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. Invincible De Bry (N. Baldacchino) 3. Blue Dancer (Sh. Gauci) 4. Caprice De Cosse (C. Caruana)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Rally Inge (J.J. Farrugia) Ħin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Janita Silvio (Cherise Farrugia) 3. Far West De Chenu (I. Mazzitelli) 4. Feux Verts (H. McKay)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Diablo D’Herfraie (R. Gatt) Ħin – 2.38.8” (1.14.2”) 2. Rampant (Cherise Farrugia) 3. Falko De Nouville (N.Baldacchino) 4. Falcom Du Bocage (F. Mallia)
IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Harcange (P. Galea) Ħin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Epicuro Luis (R. Magro) 3. Indien De Bry (R. Gatt) 4. Imola Boko (N. Baldacchino)
Il-Ħadd
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Jaguar Des Caux (J. C. Pace) Ħin – 2.46.4” (1.17.8”) 2. Mareenasin (B. Camilleri) 3. Influx Du Parc (R. Briffa) 4. Illassa (M. Cauchi)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Imperial Du Stade (R. Gatt) Ħin – 2.45” (1.17.1)” 2. Ermes Jet (N. Baldacchino) 3. Haquitin (P. Galea) 4. Falkanor (Cherise Farrugia)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Heathrow (C. Camilleri) Ħin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Hulk D’Arnon (A. Farrugia) 3. En Choeur Ferfay (J. Schembri) 4. Golden Snow SB (N. Barbara)
IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Instant De Beaum (P. Galea) Ħin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Emelie E (J.P. Farrugia) 3. Nyras Tess (C. Caruana) 4. Express Novo (I. Galea)
V Tiġrija. Grand Finali EquestriMalta. Klassi Silver-Bronze-Copper. Dist – 2160m. 1. Gayle Galbe (C. Vassallo) Ħin – 2.44” (1.14.5”) 2. Java d’Urzy (P. Galea) 3. Defi Nay (R. Gatt) 4. Bys Googoo Star (Ch. Camilleri) 5. Head Over Heels (F. Mallia)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Hana AM (J. Attard) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. She’s A Lady (J. Gafa’) 3. Arachis PR (Ch. Camilleri) 4. Flash De Celland (D. Ellul)
VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Emile Du Var (J. Gafa’) Ħin – 2.39” (1.16”) 2. Floralyse D’Authou (P. Galea) 3. Fillmore (L. Gauci) 4. Elva Rapid (R. Gatt)
VIII Tiġrija. Grand Finali EquestriMalta. Klassi Premier-Gold. Dist – 2160m. 1. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) Ħin – 2.42.7” (1.15.3”) 2. Crack Money (Ch. Camilleri) 3. Ecrin Du Layon (D. Baldacchino) 4. Follow Me Flash (R. Gatt) 5. Awesome Kronos (N. Baldacchino)
IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Hoquey Demarlotte (R. Gatt) Ħin – 2.44” (1.16.8”) 2. Gibus De Navary (N. Baldacchino) 3. Iniesta Sport (Cherise Farrugia) 4. Last Gift C.G. (C. Caruana)
//= $special ?>

